GFA ROUND UP

    Series 6     Series 5     Series 4     Series 3     Series 2     Series 1    

GFA ROUNDUP PROGRAMME 17 - SERIES 4
F’dan l-istaġun l-ebda tim mill-kampjonati Għawdxin ma rrnexielhu jikseb kwalifikazzjoni għar-raba’ rawnd tal-FA Trophy tal-MFA. Fil-program għal din il-ġimgħa ser naraw servizz tal-logħba mit-tielet rawnd ta’ din il-kompetizzjoni li saret f’Għawdex fejn iċ-champions Xewkija Tigers kien l-aħħar tim Għawdxi li safa eliminat b’telfa kontra l-leaders tal-kampjonat Premier Valletta. Matul il-program ser naraw ukoll l-aħħar riżultati tal-kampjonati Għawdxin u filmati dwar il-logħbiet mill-kampjonat Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni fejn Kerċem Ajax u Xewkija Tigers kisbu rebħiet importanti kontra Victoria Hotspurs u Oratory Youths rispetivament.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 16 - SERIES 4
Fil-program tal-illum ser naraw filmati u intervesti tal-ewwel żewġ logħbiet mit-tieni rawnd tal-Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni fejn Għajnsielem kisbu rebħa ta’ kontra Xewkija Tigers fil-konfront dirett minn naħa ta’ fuq tal-klassifika u SK Victoria Wanderers għelbu lil St Lawrence Spurs fl-logħba kontra ir-relegation. Naraw ukoll servizz dwar Daniel Bogdanovic, l-attakant ta’ Xewkija Tigers, li rebaħ l-unur tal-BOV plejer tax-xahar għal Ottubru.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 15 - SERIES 4
F’dan l-ewwel program tas-sena l-ġdida, wara li naraw l-aħħar riżultati taż-żewġ kampjonati Għawdxin, nwaslulkhom filmati bil-gowls u intervisti dwar il-Tazza tal-President li saret fi żmien il-Milied u nsegwu servizz dwar il-ħidma tal-Gozo Youth Football Association fis-settur ta’ taħt il ħmistax-il sena.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 14 - SERIES 4
Fil-program għal din il-ġimgħa ser naraw servizz dwar il-logħba mis-semi finali tal-kompetizzjoni Knock Out tal-ewwel diviżjoni li tħassret minhabba xita qawwija, niltaqgħu ma’ Miguel Montano, l-attakant ta’ Victoria Hotspurs li rebaħ l-unur tal-plejer tax-xahar għal Settembru u nsegwu servizz dwar il-logħba mit-tielet rawnd tal-FA Trophy bejn Xewkija Tigers u Valletta li ser issir fil-Gozo Stadium.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 13 - SERIES 4
Fil-program ta’ din il-ġimgħa, wara li naraw ir-riżultati ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ser naraw is-servizzi tal-logħbiet tal-kwarti finali tal-BOV GFA Cup fejn SK Victoria Wanderers għelbu lil Għarb Rangers, Victoria Hotspurs rebħu l-konfront kontra Sannat Lions, il-holders Xewkija Tigers eliminaw lil St Lawrence Spurs u Għajnsielem kisbu rebħa b’gowl skurjat fil ħin barrani fil-logħba kontra Oratory Youths.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 12 - SERIES 4
Fil-program ta’ din il-ġimgħa, wara li naraw ir-riżultati tal-erbgħa logħbiet mill-kwarti finali tal-BOV GFA Cup, ser insegwu servizzi tal-aħħar erbgħa logħbiet mir-rawnd preliminari tal-istess kompetizzjoni. F’dawn il-logħbiet spikkat ir-rebħa bi skow kbir ta’ Victoria Hotspurs kontra Nadur Youngsters, SK Victoria Wanderers kisbu rebħa minima kontra Żebbuġ Rovers u Għarb Rangers u Sannat Lions rebħu l-konfronti diretti bejn timijiet mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni bi skor identiku kontra Qala Saints u Munxar Falcons rispetivament.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 05 - SERIES 4
Fil-program illum, ser naraw ir-riżultati miksuba minn timijiet Għawdxin f’logħob mit-tieni rawnd tal-FA Trophy, naraw l-aħħar riżultati u l-klassifika aġġornata tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni, u nsegwu il-filmati u ntervisti tal-logħbiet mill-Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni, fejn Kerċem Ajax u Għajnsielem ġew miżmuma fi draws minn St Lawrence Spurs u Oratory Youths, filwaqt li Xewkija Tigers għelbu lil Victoria Hotspurs biex telgħu fl-ewwel post fil-klassifika.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 04 - SERIES 4
Fil-program illum, wara li nwasslukhom l-aħħar riżultati u klassifiċi aġġornati tal-kampjonati tal-ewwel u tat-tieni diviżjoni, naraw servizzi u ntervisti ta’ logħbiet mill-Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni, fejn Oratory Youths għelbu lil St Lawrence Spurs, Kerċem Ajax kisbu rebħa kontra ċ-champions Xewkija Tigers u Victoria Hotspurs rebħu d-derby kontra SK Victoria Wanderers.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 03 - SERIES 4
Fil-program illum, wara li nwasslukhom l-aħħar riżultati u klassifiċi aġġornati tal-kampjonati tal-ewwel u tat-tieni diviżjoni, naraw filmati ta’ logħbiet mit-tieni u t-tielet ġurnata tal-Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni, fejn spikkat ir-rebħa kbira ta’ Għajnsielem kontra Victoria Hotspurs; u r-rebħiet bi skor identiku ta’ tnejn b’wieħed ta’ Xewkija Tigers kontra SK Victoria Wanderers, u ta’ Kerċem Ajax kontra Oratory Youths. Naraw ukoll il-program ta’ logħob li jmiss, u filmati tal-gowls mill-logħbiet li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.