GFA ROUND UP

    Series 6     Series 5     Series 4     Series 3     Series 2     Series 1    

GFA ROUNDUP PROGRAMME 32 - SERIES 3
Fil-program ta’ din il-ġimgħa ser ngħatu ħarsa lejn l-kompetizzjonijiet tal-Gozo Youth Football Association matul l-istaġun elfejn u erbatax, elfejn u ħmistax li għadu kif intemm. Naraw filmati u intervisti mal-protagonisti tat-timijiet li pparteċipaw f’’kompettizjonijiet differenti u ta’ timijiet li rebħu l-aktar unuri mportanti fil-kategoriji ta’ taħt il-ħmistax il-sena u taħt it-tmintax il-sena.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 31 - SERIES 3
Fil-program għal din il-ġimgħa ser nwaslulkhom ir-ri¿ultati mill-ahhar fazi tal-kompettizjoni BOV GFA Cup, u naraw servizzi tal-ahhar loghbiet relatati mal-kampjonat Melita ta’ l-ewwel divizjoni. Naraw l-ahjar azzjonijiet u gowls mill-loghba play-off bejn St Lawrence Spurs u Munxar Falcons, l-ahhar zewg loghbioet mic-championship pool tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni u l-ewwel celebrazzjonijiet tal-plejers, ufficjali u supporters ta’ Xewkija Tigers li gew inkurunati champions ghat-tieni stagun konsekutiv.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 30 - SERIES 3
Fil-program għal din il-ġimgħa ser nwaslulkhom l-aħħar riżultati u l-klassifika finali tal-kampjonat Melita tal-ewwel diviżjoni u r-riżultat tal-play-off għal post fl-ewwel diviżjoni fl-istaġn li gej. Naraw ukoll servizzi tal-aħħar logħbiet mir-relegation pool tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni u servizz tal-aħħar logħba tal-kampjonat tat-tieni divizjoni fejn Għajnsielem iċċelebraw il-promozzjoni b’rebħa ta’ tnejn b’wieħed kontra Munxar Falcons.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 29 - SERIES 3
Fil-program għal din il-ġimgħa ser nkomplu nsegwu l-aħħar riżultati mill-kampjonati Melita tal-ewwel u tat-tieni diviżjoni u naraw servizzi tal-logħbiet mid-dsatax il-ġurnata tal-kampjonat. Miċ-championship pool nsegwu r-rebħa li Xewkija Tigers kisbu kontra Kerċem Ajax biex saru matematikament champions għal dan l-istaġun, u mir-relegation pool tispikka r-rebħa ta’ SK Victoria Wanderers kontra St Lawrence Spurs biex aċċertaw minn post fl-għola diviżjoni fl-istaġun li gej.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 28 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-ġimgħa ser nkomplu nsegwu l-aħħar riżultati mill-kampjonat Għawdxi Melita tal-ewwel diviżjoni u naraw servizzi tal-logħbiet mit-tmintax il-ġurnata tal-kampjonat. Miċ-championship pool nsegwu r-rebħa difficli li Xewkija tigers kisbu kontra Victoria Hotspurs u r-rebħa bi skor kbir ta’ Nadur Youngsters kontra Kerċem Ajax u mir-relegation pool naraw servizzi tal-logħbiet bejn Oratory Youths u SK Victoria Wanderers, u St Lawrence Spurs kontra Sannat Lions.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 27 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgħa ser nkomplu nsegwu l-ahhar riżultati miż-żewġ kampjonati tal-futbol Għawdxi u naraw servizzi tal-logħbiet mis-sbatax il-ġurnata tal-kampjonat Melita tal-ewwel diviżjoni. Miċ-championship pool nsegwu b’mod speċjali il-filmati bil-gowls u intervisti tar-rebħa ta’ Xewkija Tigers kontra Nadur Youngsters fil-konfront dirett ghar-rebħ tal-kampjonat u mir-relegation pool naraw servizzi tal-logħbiet li wasslu sabiex Sannat Lions ġew matematikament relegati filwaqt li t-tlett timijiet l-oħra jinstabu f’taqtiegħa sabiex ikun evitat it-tieni post mill-aħħar fil-klassifika.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 26 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgħa ser nkomplu nsegwu l-ahhar riżultati miż-żewġ kamġjonati tal-futbol Għawdxi u naraw servizzi tal-ewwel logħbiet mis-sittax il-ġurnata tal-kampjonat Melita tal-ewwel diviżjoni fejn spikkat ir-rebha facli ta’ Nadur Youngsters kontra Victoria Hotspurs mic-championship pool u mir-relegation pool SK Victoria Wanderers għelbu lil St Lawrence Spurs biex kibret it-taqtiegha sabiex ikun evitat it-tieni post mill-ahhar fil-klassifika.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 25 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgħa ser nkomplu nsegwu l-ahhar riżultati miż-żewġ kamġjonati tal-futbol Għawdxi u naraw servizzi tal-ewwel logħbiet mit-tieni fażi tal-kampjonat Melita tal-ewwel diviżjoni. Miċ-championship pool ser naraw filmati u intervisti tar-rebħiet konvinċenti li kisbu Xewkija Tigers u Nadur Youngsters kontra Victoria Hotspurs u Kercem Ajax, u mir-relegation pool ser naraw kif żvolġew ir-rebħa ta’ Oratory Youths kontra SK Victoria Wanderers u d-draw b’sitt gowls bejn Sannat Lions u St Lawrence Spurs.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 24 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgha ser nsegwu servizz dwar William Barbosa, il-plejer ta’ St Lawrence Spurs li rebah l-unur BOV plejer tax-xahar ghal Jannar. Ser naraw wkoll filmati bil-gowls u ntervisti tal-ahhar zewg loghbiet tat-tieni rawnd tal-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni fejn Kercem Ajax gew mizmuma fi draw minn Sannat Lions u Oratory Youths kisbu rebha konvincenti kontra St Lawrence Spurs.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 23 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgha ser nsegwu servizz dwar il-Gozo Youth Football Association li dan l-ahhar harget ghajnuna finanzjarja minn Fond tal-UEFA sabiex jghin fl-izvilupp tan-Nursuries Ghawdxin. Ser naraw wkoll filmati bil-gowls u ntervisti minn zewg loghbiet tal-ahhar gurnata tat-tieni rawnd tal-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni fejn l-isfidanti ghar-rebh tal-kampjonat Nadur Youngsters u Xewkija Tigers waqqghu punti mportanti fil-loghbiet kontra SK Victoria Wanderers u Victoria Hotspurs rispetivament.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 22 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgha ser nghatu harsa lejn l-andament tal-kampjonat Melita tat-tieni divizjoni hekk kif ghadu kif beda r-raba u l-ahhar rawnd tal-kampjonat li jrid jidetermina minn ser ikun it-tim li jikseb promozzjoni ghal-ghola divizjoni tal-futbol Ghawdxi fl-istagun li gej. Ser insegwu wkoll servizzi tal-ahhar zewg loghbiet mit-tlettax il-gurnata tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni fejn Oratory Youths u SK Victoria Wanderers kisbu punt kull wiehed minn draw ta’ zewg gowls u Victoria Hotspurs accertaw post fic-championship pool fit-tieni fazi tal-kampjonat b’rebha kontra Sannat Lions.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 21 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgha ser naraw x’kienu d-decizjonijiet li hargu mill-kunsill tal-Gozo Football Association li ltaqa dan l-ahhar sabiex jidiskuti l-kaz ta’ attentat ta’ korruzzjoni fil-futbol Ghawxdi li nkixef fil-bidu ta’ dan ix-xahar; u ser insegwu servizzi tal-loghbiet mit-tlettax il-gurnata tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni fejn St Lawrence Spurs kisbu rebha importanti kontra Kercem Ajax u Xewkija Tigers rebhu l-konfront dirett minn naha ta’ fuq tal-klassifika kontra Nadur Youngsters.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 13 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgha ser inkomplu nsegwu il-mod ta’ kif qed jizvolgu l-kampjonati Ghawdxin tal-ewwel u tat-tieni divizjoni, ser naraw servizz dwar l-attakant ta’ Xewkija Tigers John Camilleri li rebah l-unur tal-BOV plejer tax-xahar ghal Ottubru u nsegwu servizzi tal-loghbiet mid-disgha gurnata tal-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni, fejn Kercem Ajax u Victoria Hotspurs kisbu rebhiet importanti kontra SK Victoria Wanderers u Oratory Youths rispetivament, u resqu aktar vicin li jisiccaw mal-ewwel erbgha timijiet fil-klassifika fi tmiem it-tieni rawnd.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 12 - SERIES 3
Fil-program ghal din il-gimgha ser waslulkhom l-ahhar rizultati mill-kampjonati Ghawdxin, ser niltaqghu mad-difensur ta’ Nadur Youngsters Charles Mercieca li rebah l-unur tal-plejer tax-xahar ghal Settembru u nsegwu servizzi tal-loghbiet mill-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni, fejn l-isidanti ewlenin ghar-rebh tal-kampjonat Xewkija Tigers u Nadur Youngsters ghelbu lil timijiet li jinstabu fl-ahhar zewg postijiet fil-klassifika, Sannat Lions u St Lawrence Spurs rispetivame
GFA ROUNDUP PROGRAMME 11 - SERIES 3
Fil-program ta’ din il-gimgha ser nkomplu naggornawkhom bl-ahhar rizultati mill-kamp tal-futbol Ghawdxi, nsegwu servizz dwar il-kwaifikazzjoni li kisbu Nadur Youngsters u Victoria Hotspurs fit-tielet rawnd tal-FA Trophy tal-MFA b’rehiet fuq Gharghur u Zebbug Rangers rispetivament; u naraw il-filmati bil-gowls u intervisti tal-ewwel zewg loghbiet mit-tieni rawnd tal-kapjonat Ghawdxi Melita tal-ewwel divizjoni – Victoria Hotspurs kontra SK Victoria Wanderer u Oratory Youths kontra Kercem Ajax.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 10 - SERIES 3
Fil-program ta’ din il-gimgha ser naraw l-ahhar rizultati ta’ loghbiet li saru f’Ghawdex u servizzi tal-loghbiet mill-kwarti finali tal-BOV GFA Cup fejn il-holders Nadur Youngsters kisbu rebha kbira kontra Sannat Lions, Oratory Youths dawru tefa f’rebha kontra Kercem Ajax, Ghajnsielem kisbu kwalifikazzjoni b’rebha dramatika kontra Gharb Rangers u fil-loghba l-aktar mistennija Xewkija Tigers ghelbu lil Victoria Hotspurs bl-iskor ta’ tlieta bi tnejn.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 09 - SERIES 3
Fil-program ta’ din il-gimgha ser naraw ir-rizultati tal-loghbiet mill-kwarti finali tat-Tazza GFA, servizzi tal-loghbiet bejn timijiet tal-ewwel divizjoni fl-ewwel rawnd tal-istess kompettizjoni fejn Kercem Ajax u Xewkija Tigers ikwalifikaw b’rebhiet fuq SK Victoria Wanderers u St Lawrence Spurs; u ser insegwu analizi tal-partecipazzjoni tat-tim Ghawdxi fld-disa edizzjoni tal-kompetizzjoni tal-UEFA ghat-Tazza tar-Regjuni.
GFA ROUNDUP PROGRAMME 08 - SERIES 3
Fil-program ta’ din il-gimgha ser naraw ir-rizultati tal-loghbiet mill-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni ghat-Tazza GFA u l-filmati tal-loghbiet mill-ahhar gurnata tal-ewwel rawnd tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni fejn Kercem Ajax ghelbu lil Sannat Lions, Oratory Youths u St. Lawrence Spurs spiccaw fi draw b’sitt goals u l-isfidanti ghar-rebh tal-kampjonat Xewkija Tigers u Nadur Youngsters irregistraw rebha bi skor identiku ta’ wiehed b’xejn fil-loghbiet kontra Victoria Hotspurs u SK Victoria Wanderers