|
Is-sitt programm jipprogetta
lil Guatemala bhala pajjiz per eccellenza ghall-eko-turizmu. Kif
it-telespettauri li segwew din is-sensiela setghu jaraw, il-Gwatemala
huwa pajjiz mimli b`ekosistemi differenti minn xulxin. Insibu vulkani
kbar, x`uhud attivi u qerrieda.
Apparti x-xmajjar u l-ghadajjar,
x`uhud kbar u msahhra bhal Atitlan, il-kosta tal-Gwatemala hija
mahsula bl-Ocejan Atlantiku fuq naha u b`dak Pacifiku fuq ix-xaqliba
tal-Punent.
Dawn il-fatturi, flimkien
mal-wirt tal-Maya u tal-era Spanjola u poplu li qed jaghmel minn
kollox biex isib mill-gdid il-paci u s-serhan tal-mohh u tal-qalb,
qed jigbdu lejn il-pajjiz numru dejjem akbar ta` turisti.
Tajjeb izda, li t-telespettaturi
ma` jhallux xeni ta` seher naturali jnissuhom il-fatt li fl-gherejjex
jghixu nies li ghadhom nieqsa mill-bzonnijiet bazici tal-hajja u
li ahna qed nghinu bid-donazzjonijiet taghna lill-missjunarji.
|