|
Belt ohra favoluza hija
Antigua Guatemala, il-belt kapitali antika ta` l-Imperu Spanjol
fl-Amerika Latina. F`din il-belt kienet tiffjorixxi kultura kbira
hafna meta ahna f`Malta konna qed nhejju ghall-Assedju l-Kbir…
Il-belt giet distrutta
b`terremot qawwi u abbandunata. Illum, permezz tar-rovini li fadal,
nistghu nosservaw il-kobor ta` din il-belt kolonjali.
Il-Gwatemala huwa pajjiz
per eccellenza ghall-eku turizmu. Fih insibu tlieta u tletin vulkan
u foresti u gungla vasta. Ghadajjar u xmajjar johorgu l-kuluri kollha
tal-qawsalla filwaqt li l-bliet u l-irhula huma kartolina hajja
ta` lwien u hsejjes differenti minn dawk ta` madwarna.
Permezz ta` Mirja Mistura,
nkunu nistghu naraw fejn imorru l-flus li jingabru ghall-missjunarji
u kif dawn qed jghinu lill-fqir.
Mirja Mistura gew migbuda
minn Citadel Video Communications bl-ghajnuna u s-support tal-missjoni
ta` Jalpatagua u l-gvern tal-Gwatemala.
Il-produzzjoni u d-direzzjoni
huma ta` Alvin Scicluna filwaqt li jghinuh bhala audio u grip kien
hemm Anthony Buttigieg, John Magro, Joseph F. Scicluna u Carmel
Camilleri.
|