|





|
It-tieni programm jehodna
dawra mac-Cili. Dan hu pajjiz twil aktar minn tlett elf mil u wiesgha
biss mal-mit mil. Fit-tramuntana, insibu d-dezert tal-Atacama, art
rikka bi fdalijiet tal-qedem u ram. Insibu ghegubijiet bhall-geysers
ta` El Tatio fl-altipiano tal-muntanji Andes. Fil-parti centrali,
fejn tghix il-massa tac-Cileni, insibu bliet kbar bhal Santiago
u l-port antik u favoluz ta` Valparaiso. Hdejh, ix-xena tinbidel
meta wiehed izur ir-resort famuz turistika ta` Vina del Mar.
L-isfel, madwar titjira
ta` saghtejn, nidhlu f`zoni kbar li jixbhu hafna lill-Izvizzera.
Hawnhekk insibu ghadajjar u muntanji spettakolari bhal vulkan Osorno,
xmajjar u kaskati bhal dawk ta` Petrohue. Bliet abitati minn Germanizi
bhal Puerto Montt u Puerto Varas joffru ghazla vasta ta` frott tal-bahar.
In-naha t`isfel tac-Cili tibqa` niezla lejn l-Antarctica. Il-Patagonja
hija maghrufa ghall-industrija tan-naghag li jfornuna bi kwantita`
impressjonanti ta` suf. Insibu wkoll parks nazzjonali kbar bhat-Torres
del Paines, li fihom it-turist jista` jara mill-qrib il-glaciers,
ix-xmajjar tas-silg li minnhom jinqatghu l-icebergs. F`dawn ir-regjuni
mbieghda, jinsab il-fliegu ta` Magellan u Tierra del Fuego, postijiet
li huma kwazi leggendarji. Ma` jonqsux l-annimali, fosthom il-llamas,
il-kugini taghhom il-vicunas, pengwini u bosta annimali u tajr li
jghixu biss f`dawn in-nahat t`isfel tad-dinja.
|