Home
 
 
 
 
 
 
 
 
 
KULURI - sensiela ta` tnax il-programm li jiskopru lil Ghawdex b`passiggati madwar il-kosta  
 
 
 
     

Il-gzira t`Ghawdex hija perla fil-kullana ta` gzejjer li jiffurmaw l-arcipelago Malti. Ta` spiss, il-hajja mghaggla ta` kuljum ma` thallix spazju sabiex fih, ahna nkunu nistghu niskopru s-seher tal-gzira.

Izda, l-gmiel naturali qieghed hemm, sieket u lest sabiex jinstab u jitgawda minn kull min ihobb in-natura.

Kuluri hija sensiela ta` tnax il-programm li xxandret b`success kemm fuq Television Malta kif ukoll fuq Channel 12. Ghandha l-ghan li turi l-gzira ta` Calypso minn angoli godda. Fejn fi programmi ohra, it-telespettatur ihares lejn l-istorja u il-wirt arkitettoniku ta` dan il-gens, Kuluri hija dawra mal-kosta t`Ghawdex. Minkejja c-cokon tal-gzira, din il-kosta toffri elf panorama, kollha differenti minn xulxin. L-inhawi kostali t`Ghawdex ilkoll ghandhom xi storja x`jirrakkuntaw … hekk per ezempju, il-bajjiet maghrufa bhal Marsalforn u x-Xlendi… ohrajn anqas maghrufa bhal Dahlet Qorrot u x-Xatt l-Ahmar, sisien gholja bhal dawk f`Ta` Cenc, il-Qortin tan-Nadur u lejn it-truf tal-punent fl-Gharb, is-seher naturali li nsibu fid-Dwejra u f`Wied il-Mielah, xeni b`kuntrast qawwi ma` dawk li jitgawdew fir-Ramla l-Hamra.

Il-prezentazzjoni u l-produzzjoni huma ta` Ray Bajada filwaqt li l-filmat u d-direzzjoni huma ta` Alvin Scicluna.

Din is-sensiela tista` tinkiseb f`sett ta` tlett tapes VHS.

   
   
 
© 2000 - Citadel Video Communications, Malta (Europe)
Unauthorized reproduction of any content on this website is strictly prohibited.