|
Sensiela televiziva li
kienet rebhet l-unur ta` l-ahjar dokumentarji fl-1995 ggib l-isem
ta` Ix-Xoghol Wahdu Jurik. Permezz ta` tlettax il-programm, it-telespettauri
Maltin setghu jinnutaw u jistudjaw snajja tradizzjonali ta` pajjizna.
X`uhud minn dawn is-snajja qed jispiccaw, mahnuqa mit-teknologija
moderna li hadet post ix-xoghol ta` l-id. X`uhud diga` mietu l-mewta
taghhom naturali minn meta ttellghet din is-sensiela.
Ix-Xoghol Wahdu Jurik
ghandha ricerka u produzzjoni ta` Gorg u Marlene Mifsud Chircop
filwaqt li l-filmat u d-direzzjoni huma ta` Alvin Scicluna. Intweriet
kemm fuq Television Malta kif ukoll fuq Channel 12.
F`dawn it-tlettax il-programm,
saru intervisti ma` snajja tipikament Maltin u Ghawdxin bhax-xoghol
tal-bizzilla, il-produzzjoni tal-melh, il-haddied u t-tahhan, l-immudellar
ta` pasturi tat-tafal, ix-xoghol tal-filugranu u s-sengha ta` l-imbornit,
il-manifattura ta` kitarri u tal-hgieg dekorattiv, il-hobza Maltija
u x-xoghol bil-qasab u bit-tafal flimkien mar-restawr tal-pittura
li zzejjen il-knejjes u l-palazzi ta` pajjizna.
Din is-sensiela llum
hija meqjusa bhala dokumentazzjoni viziva ta` aspetti tradizzjonali
tal-hajja Maltija.
|