|


|
|
Ghawdex huwa maghruf
ghar-rabtiet kbar li ghandu mal-passat. Dan id-dokumentarju jigbor
l-istorja ta` erba` muzewijiet li joffru taghrif imprezzabbli lil
kull min ghandu ghal qalbu, l-aspetti tradizzjonali ta` gensna.
Dawn huma l-Muzew tal-Folklor gewwa c-Cittadella, il-Muzew tal-Folklor
fl-Gharb, d-dar ta` Karmni Grima fl-Gharb ukoll u il-Muzew/Mithna
ta` Kola fix-Xaghra. Il-mijiet ta` oggetti migbura fihom joffrulna
stampa cara tad-diversi snajja li llum tista` tghid intesew ghal
kollox. Fost l-affarijiet li naraw insibu t-tilliesa, iz-zir u l-barrada,
li wisq probabbli lanqas biss qatt smajna l-isem taghhom.
|