|


|
|
L-ahhar mis-sensiela
ta` dokumentarji dwar id-diversi aspetti tal-hajja Ghawdxija, jehodna
fl-irhula tal-gzira. Ewlenija fost il-karatteristici li wiehed isib
fl-irhula Ghawdxin, hija atmosfera ta` paci u trankwillita`. Ir-rahal
Ghawdxi, f`hafna kazi, huwa mibni madwar il-pjazza ewlenija li tkun
dejjem iddominata mill-knisja parrokkjali. Nicec isebbhu t-toroq
dojoq. Illum ninsabu f`millennju gdid. Izda ghalina li nghixu fid-diversi
rhula tal-gzira ta` Calypso, id-drawwiet u l-istil ta` kif tizvolgi
l-hajja tar-rahal, ghadhom l-istess bhalma ghexuhom missierijietna
u nannietna, snin ilu.
|