|


|
|
Ghawdex huwa gzira u
ghaldaqstant huwa mdawwar bil-bahar. Izda minkejja d-daqs ristrett,
insibu varjeta` impressjonanti ta` kosta li lkoll joffru sbuhija
liema bhalha. Insibu l-irdumijiet gholjin f`Ta` Cenc, id-Dwejra,
l-inhawi ta` San Blas u Dahlet Qorrot. Hemm ukoll il-bajjiet ramlija,
fosthom ir-Ramla l-Hamra, ix-Xlendi u Marsalforn. Dawn joffru kuntrast
ma` postijiet ohra li fihom jispikka l-blat, bhal Wied il-Ghasri,
Dahlet Qorrot u Wied il-Mielah. Hemm ukoll is-seher tas-salini fil-Qbajjar,
fix-Xwejni u fix-Xlendi.
|