|
Dan l-ahhar episodju
jirrakkonta l-ahhar sieghat tal-hajja pubblika ta` Gesu` fuq din
id-dinja - il-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien, naturalment vizwalizzati
b`filmati x`uhud esklussivi tal-postijiet li fihom sehhew dawn l-episodji.
Ic-cenaklu ghadu jezisti,
l-istess bhal Gnien tal-Getsemani, jew taz-zebbug li fih Gesu` talab
qabel ma` inghata lill-Lhud minn Guda l-Iskarjota. F`Gerusalemm
tispikka il-Via Dolorosa, it-triq li minnha ghadda Gesu` sabiex
jitla fuq il-Kalvarju. Mill-Fortizza Antonia li kienet ic-centru
tal-qawwa Rumana, llum baqa` biss fdalijiet li fuqhom gew mibnija
knejjes zghar u santwarji. Fuq il-paviment, il-pellegrin ghad jista`
josserva t-tinqix tal-loghob li kienu jipprattikaw is-suldati Rumani.
Il-Bazilika tal-Qabar
ta` Kristu tigbor fiha l-Golgota u l-Qabar. Dan hu l-aktar post
sagru f`din id-dinja ghal-fidili fit-twemmin Nisrani. Il-programm
jispjega b`dettalji, dawn il-postijiet u l-episodji marbuta maghhom.
Is-sensiela taghlaq b`kummenti
fuq l-Gholja taz-Zebbug, fil-post minn fejn, Gesu`, wara li Qam
mill-mewt u Deher lill-appostli kemm il-darba, Ghamel l-ahhar passi
Tieghu fuq din l-art.
|