|
Fost l-isbah zoni ta`
l-Art Imqaddsa, tispikka il-Galileja. Hawnhekk wiehed isib bosta
rhula li kollha ghandhom xi rabta mal-migja tal-Messija.
Apparti Nazaret, hija
l-belt antika ta` Kafarnaum li hija assocjata mill-qrib ma` Gesu`.
Illum, din il-belt hija rovini. Ftit ftit qed tigi skavata mill-gdid.
Madwar santwarju Frangiskan, il-pellegrini jistghu jaraw l-iskavi
ta` djar ta` zmien Gesu, is-sinagoga l-antika u fdalijiet ohra assocjati
ma` l-epoka.
Mhux il-boghod, insibu
l-Gholja tal-Beatitudni - il-post fejn tradizzjonalment Gesu` kellem
lill-folla u minn fommu hargu dawk il-frazi hekk sbieh - messaggi
ta` fidi, tama u imhabba li huma s-sisien tat-twemmin taghna. Ir-rahal
ta` Kana huwa assocjat mal-bidu tal-hajja pubblika ta` Gesu`. Kien
hawnhekk li Gesu` biddel l-ilma fl-inbid u gholla z-zwieg ghad-dinjta`
ta` sagrament.
Anke hawn, insibu kappella
qadima hafna mibnija fuq is-sit fejn hu mahsub li Gesu` wettaq il-miraklu.
|