Home
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Introduzzjoni  
 
 
Introduzzjoni 
L-Ewwel Episodju 
It-Thabbira u t-Twelid
It-Tieni Episodju 
It-Tfulija ta` Gesu` 
It-Tielet Episodju 
Il-Hajja Pubblika 
Ir-Raba` Episodju 
Gerusalemm 
- Belt is-Sliem 
Il-Hames Episodju 
Il-Mewt u l-Qawmien 
Hajr
Minn Nazaret Sa Gerusalemm....
...Fuq il-Passi ta' Kristu...2000 sena wara
     

Fis-sena 1995, Citadel Video Communications kienu pproducew sensiela ta` hames programmi ta` 30 minuta `l wiehed, bl-isem "Minn Nazaret Sa Gerusalemm - Fuq il-Passi ta' Kristu...2000 sena wara".

Is-sensiela turi l-postijiet li minnhom ghadda Gesu' kif tabilhaqq huma llum. Ghal min qatt ma mar fl-Art Imqaddsa, xi postijiet ghandhom ikunu differenti hafna minn kif tradizzjonalment jigu mpingija f'films kbar li ghandhom konnessjoni mal-hajja ta' Gesu'. Hekk per esempju, id?dar ta' Marija gewwa Nazaret, l-istess Kalvarju u l-Qabar ta' Kristu.

Permezz ta` din is-sensiela, l-episodji fil-hajja ta` Gesu` kristu li huma tant gheziez ghan-nisrani, jigu vvizwalizzati. Fl-istess waqt, kull min jarahom, jiehu stampa cara ta` dak li ghad baqa` llum, elfejn sena wara li ghadda minnhom il-Messija.

Il-produzzjoni u d-direzzjoni huma ta` Alvin Scicluna filwaqt li l-kummentarju huwa ta` Charles Arrigo. Il-mistieden u l-koordinatur tas-sensiela huwa Monsinjur Lawrence Sciberras, studjuz tal-Kotba Mqaddsa li ghex u studja ghal xi snin fl-Art Imqaddsa. Anthony Buttigieg u Christopher Pisani kieni jiffurmaw il-kumplament tat-tim tekniku li zar l-Israel sabiex jimmortalizza fuq il-videotape, bosta postijiet sagri.

Sabiex din is-sensiela setghet issir, kienu ghenu b`mod generuz Thomas Cook Travel, l-Air Malta u Forestals Appliances Ltd.

Is-sensiela kienet intweriet b`success kbir fuq Television Malta waqt il-Gimgha Mqaddsa tal-1995. Kienet giet irripetuta fuq Television Malta u fuq Channel 12 fir-Randan tas-sena 1999.

"Minn Nazaret sa Gerusalemm … Fuq il-Passi ta` Kristu" tista` tinkiseb kemm fuq format BetaSP ghal skopijiet kummercjali kif ukoll f`cassette VHS ghall-uzu domestiku.

   
 
Intro | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | Next>>
 
 
 
 
© 2000 - Citadel Video Communications, Malta (Europe)
Unauthorized reproduction of any content on this website is strictly prohibited.