
|
|
Ir-Russja hi
maghrufa ghax-xoghol ta` skultura fl-injam. F`Zagorsk, il-programm
izur skola specjalizzata fejn studenti li jigu minn kull rokna tal-Federazzjoni,
jitghallmu jahdmu il-matruschas - dawk il-pupi li jidhlu f`xulxin.
F`Bogarodski, hemm skola maghrufa li tispecjalizza fit-tinqix fl-injam.
Il-belt ta` Moska hi mimlija djar u palazzi, wiehed isbah minn ta`
fejnu. Id-Dar ta` Hbiberija huwa palazz mibni qabel ir-Rivoluzzjoni
Russa u kien id-dar ta` familja sinjura. Dan il-programm juri fid-dettal
l-arkitettura sabiha tieghu. Hawnhekk, l-ewwel kosmonawta mara Valentina
Tereschova tat il-kummenti taghha. F`dan id-dokumentarju, insibu
xeni migbuda fil-Muzew Tetriakov, wiehed mill-akbar muzewijiet tad-dinja
li jigbor eluf ta` pittura, x`uhud minnhom ta` fama mondjali.
|