|
Fl-1997, Citadel
Video Communications zaru l-belt ta` Moska gewwa r-Russja darbtejn,
darba fl-eqqel tax-xitwa u t-tieni darba f`Mejju.
Din is-sensiela
ta` programmi tohrog xi ftit mill-kultura u mill-istorja ta` din
il-belt kbira u importanti. Moska hija gojjel mimli knejjes, monumenti
u muzewijiet. Hi belt ta` miljuni u naturalment fiha wiehed jista`
jsib kemm is-sinjuri kif ukoll il-fqar. Fl-inhawi ta` Moska insibu
bliet ohra zghar li fil-passat kienu jservu bhala l-ewwel ilqugh
ghad-difiza taghha. Fost dawn tispikka Sergei Posad jew Zagorsk
bil-knejjes u kunventi monumentali, il-bliet antiki ta` Vladimir
u Suzdal. Il-crew zar skejjel specjalizzati fejn jinhadmu l-matruschas
u t-tinqix fl-injam. Gew intervistati persuni importanti li taw
taghrif dwar ir-rabtiet li jezistu bejn Malta u r-Russja.
Sabiex din is-sensiela
setghet issir, kienet strumentali l-ghajnuna tac-centru f`Malta
responsabbli ghall-promozzjoni tal-kultura Russa, b`mod specjali
Dr Elizaveta Zolina, l-Aeroflot - il-linja nazzjonali ta` l-ajru
tar-Russja, l-ambaxxati tal-Federazzjoni Russa f`Malta u dik ta`
Malta f`Moska, l-agenzija Seasons Travel ta` Moska u l-interess
personali tad-direttrici tad-Dar tal-Hbiberija f`Moska, il-kozmonawta
Katerina Thereschova - l-ewwel mara fl-ispazju.
Il-kitba u l-produzzjoni
huma ta` John A. Mizzi filwaqt li l-filmat u d-direzzjoni huma ta`
Alvin Scicluna. Il-membri l-ohra li ghenu sabiex setghu isiru dawn
id-dokumentarji huma Anthony Buttigieg, John Magro u Joseph F Scicluna
filwaqt li Vladimir Zacharov kkoordina x-xoghol gewwa Moska.
Is-sensiela
kienet ixxandret fuq TVM matul l-1997 u aktar tard giet ripetuta
fuq Channel 12.
Id-dokumentarji
jistghu jigu akkwistati fuq format VHS.
|