|
Ghal hafna nies,
meta il-kliem jaqa` fuq l-Amerika, f`malajr jigu f`mohhom bliet
kbar bhal New York u San Francisco. Pero`, l-Amerika vera hija dik
interna, regjuni kbar hafna li ta` spiss jigu maqbuza u minsija
mit-turisti.
Arkansas hu
wiehed minn dawn l-istati, maghruf ghan-natura mhix mittiefsa. Arkansas
hu moghni b`foresti kbar, ghadajjar u xmajjar.
Bill Clinton
kien gvernatur ta` dan l-istat qabel ma` lahaq president ta` l-Istati
Uniti. Il-belt kapitali hi Little Rock filwaqt li belt ohra li hi
popolari ferm mat-turisti hija Hot Springs. Din ta` l-ahhar hi maghrufa
ghan-nixxieghat ta` ilma shun meqjus bhala tajjeb ghas-sahha.
Fir-rahal zghir
ta` Amity, insibu zewg Ghawdxin, it-tewmin Mike u Maurice Cauchi
li servew fil-gwerer tal-Korea u tal-Vietnam. Permezz ta` intervisti,
huma jirrakkuntaw l-istorja ta` hajjithom: kif minn gewwa Ghawdex
spiccaw fl-Istati Uniti u precizament gewwa Amity, post imdawwar
b`sigar kbar fejn l-industrija ta` qtiegh ta` sigar hija wahda ewlenija.
|