|
Fuq il-kosta
ta` l-ocean Atlantiku, insibu l-izghar stat, dak maghruf bhala Rhode
Island. Il-belt kapitali hija Providence. Wiehed mill-ahhar ambaxxaturi
ta` l-Istati Uniti ghal Malta, Joseph Paolino, hu iben din il-belt.
Matul dawn l-ahhar
snin, Providence rat taqlib kbir u il-progress qed ibiddluha minn
centru regjonali ghal wiehed tassew kbir u modern.
F`dan l-istat
insibu wkoll il-belt ta` Newport, belt ta` villeggjatura imsemmija
ghal vilel kbar u sbieh ta` nies sinjuri.
Kien f`dan l-istat,
gewwa Pawtucket, li l-forza kbira ta` l-ilmijiet tax-xmajjar gew
ikkontrollati sabiex ihaddmu il-magni tal-mills. Kien hawn li dan
l-izvilupp fetah bibien godda ghal dik li llum tissejjah ir-rivoluzzjoni
industrijali.
|