|
New York hi
l-belt ta` l-iskyscrapers. Hawnhekk insibu l-istatwa tal-liberta`
li matul dawn l-ahhar mitt sena kienet tfisser aspirazzjonijiet
godda lil miljuni ta` emigranti li dahlu fl-Istati Uniti.
X`kien ifisser
li tmur tghix fi New York lejn l-ahhar tas-snin ghoxrin u s-snin
erbghin?
Dan il-programm
izur il-gzira Ellis fejn illum insibu bini muzew. Kien f`dan il-bini
li snin ilu, l-emigranti li kienu jaslu l-Amerika kienu jigu pprocessati
sabiex ikunu certifikati li m`ghandhomx mard serju.
B`filmati migbuda
esklussivament ghal din is-sensiela, naraw ghaliex Manhattan hija
meqjusa bhala l-kapitali tal-bini gholi fid-dinja.
Naturalment,
apparti xeni sbieh migbuda gewwa New York, il-programm ilaqqana
ma` maltin li emigraw lejn l-Istati Uniti matul is-snin.
|