Ir-Raba' Programm  
 
 
 
Introduzzjoni
L-1 Programm
Washington DC 
- il-belt kapitali 
ta` l-Istati Uniti
It-2 Programm
Il-Gnus Maghquda
fi New York
It-3 Programm
Baltimore
Ir-4 Programm
Boston
Il-5 Programm
Orlando
Is-6 Programm
Atlanta 
Is-7 Programm
New York 
It-8 Programm
Rhode Island 
Id-9 Programm
Arkansas 
L-10 Programm
Philadelphia 
Il-11-il Programm
Florida 
It-12-il Programm
Washington DC (2) 
It-13-il Programm
New York (2) 

 

Boston
     

 

Boston hija forsi l-belt li l-iktar tixbah bliet Inglizi fil-bini taghha anke jekk illum ir-residenti huma fil-maggur parti ta` dixxendenza Irlandiza, Spanjola u Taljana. Boston hi belt ta` muzewijiet, kulleggi, universitajiet bhal Harvard u istituti ta` fama dinjija.

Il-bitha ta` quddiem ic-City Hall hi ddominata mill-ewwel monument li gie mibni f`Boston. Dan jikkommemora lil Benjamin Franklin - forsi l-aktar bniedem illustri tal-belt u wiehed mill-Amerikani kbar.

Fis-subborg ta` Chestnut Hill, fi Brookline, insibu djar lussuzi - Hafna minnhom mibnija fuq stil Ingliz. Hawn tghix it-tabiba Maria Falzon Kirby li offriet ghajnuna indispensabbli sabiex il-programm seta` jirnexxi. Naturalment, tghidilna aktar hi fl-intervista li tatna. Huma diversi il-Maltin li ghixu f`dawn l-inhawi. X`uhud offrew li jirrakkuntaw l-esperjenzi taghhom.

Fost l-istatwi u monumenti li jdawwru l-Istate House, tispikka dik ta` John F. Kennedy, li twieled u ghex f`Boston. gie elett bhala l-ewwel president kattoliku ta` l-Istati Uniti u f`Novembru ta` l- 1963 kien gie assassinat f`Texas.

Boston rat it-twelid tan-navy Amerikana. Hawn inbena l-ewwel bastiment tal-gwerra bi 52 kanun. Dan hu il-Constitution, maghruf bhala Old Ironside ghaliex qatt ma` tilef glieda.

     
<<Back | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |
9 | 10 | 11 | 12 | 13 | Next>>
     
 
© 2000 - Citadel Video Communications Ltd., Malta (Europe)
Unauthorized reproduction of any content on this website is strictly prohibited.