|
Baltimore hija
meqjusa bhala wahda mill-bliet l-aktar importanti fl-istorja ta`
l-Istati Uniti. Hija l-belt fejn tinsab Fort McHenry li fil-passat
kienet involuta fi glied kbir kontra l-flotta ta` l-imperu Ingliz.
Kien hawn fejn origina l-kliem ta` l-innu famuz The Star Spangled
Banner.
Barra id-dahla
principali ta` Fort Mc Henry insibu monument bl-istatwa tal-kurunell
George Amistead, il-kmandant li ddefenda il-belt ta` Baltimore u
gheleb lill-forzi Nglizi. Dan il-monument sar mill-belt ta` Baltimore.
Anki f`Baltimore
insibu diversi Maltin. Il-familja Vella Camilleri ospitat il-crew
u dawwrithom mal-belt. Flimkien ma` l-intervista maghhom, Fruntieri
tkellem ma` Fr.Paul Galea li fl-1996 kien qed jistudja f`Baltimore,
ma` S.Camilleri u ma` Br. J.Bonello.
F`Baltimore
insibu l-frejgata Constellation, varata mitejn sena ilu fl 1797
huwa l-aktar bastiment famuz u antik tan-navy Amerikana. Ghadu fil-fatt
meqjus bhala attiv fis-servizz navali.
Baltimore tellghet
l-ewwel monument lil George Washington fis-sena 1842, sitt snin
qabel ma` l-belt kapitali qieghdet l-ewwel gebla tal-Washington
Monument. Il-monument ta` Washington ta` Baltimore hu gholi 178
pied.
|