|
Fl-1996, Citadel Video
Communications nediet progett li ghandu l-ghan li jaghti taghrif
interessanti dwar bliet u regjuni fl-Istati Uniti ta` l-Amerika
u fl-istess waqt jiltaqa` ma` Maltin u Ghawdxin li emigraw lejn
dan il-kontinent, sabu xoghol u llum huma integrati fis-socjeta`
Amerikana. Sa issa saru tlettax il-programm li kienu ntwerew fl-istess
sena fuq TVM u aktar tard ripetuti fuq Channel 12. Apparti intervisti
ma` Maltin, kull program johrog is-sbuhija ta` xi belt jew stat.
Din is-sensiela setghet
issir bl-ghajnuna diretta ta` British Airways u Thomas Cook (Malta)
Ltd, l-approvazzjoni minghand l-ambaxxata ta` l-Istati Uniti f`Malta
u l-ghajnuna kontinwa u indispensabbli ta` Maltin - familji u individwi
- li ghenu lit-tim kull fejn marru.
Ir-ricerka u l-produzzjoni
ghal din is-sensiela huma ta` John A. Mizzi filwaqt li l-filmat
u d-direzzjoni tad-dokumentarji huma ta` Alvin Scicluna. Anthony
Buttigieg u Christopher Pisani kienu jiffurmaw il-kumplament tat-tim
li zaru l-Istati Uniti filwaqt li l-muntagg u l-produzzjoni huma
ta` George Scicluna u Citadel Video.
Hu l-hsieb li, appena
jingabru fondi necessarji, ssir il-produzzjoni ta` sensiela ohra,
naturalment fi bliet differenti ta` l-Istati Uniti.
Is-sensiela tista` tinkiseb
fuq il-format domestiku VHS. Huma programmi edukattivi u divertenti
u joffru taghrif kbir kemm fuq il-postijiet kif ukoll fuq l-istil
ta` hajja li jghixu l-Maltin-Amerikani gewwa l-Istati Uniti.
|